Il-plejer żagħżugħ malti Sam Cassar daħal fil-klassifika tal-aqwa 300 atleta tal-Badminton fid-dinja.
Huwa rnexxielu jagħmel dan wara sensiela ta’ riżultati sbieħ li kiseb fix-xena internazzjonali, l-aktar riċenti fil-XXIII Torneo Internacional Giraldilla li sar f’Kuba
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Grazzi għal dawn ir-riżultati, Cassar issa jinsab il-291 post fil-klassifika dinjija tal-Badminton.
Apparti dan, Cassar kellu prestazzjonijiet kbar fil-kampjonat tal-Badminton tad-Danimarka fejn hemm jilgħab b’mod regolari mat-team ta’ Badminton Esbjerg.