Il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista, Salvu Mallia, qal lill-ftit persuni li nġabru taħt it-tinda tal-Partit Nazzjonalista, f’Bormla, li ftit li xejn kellu ġdid xi jgħidilhom.
Għal darb oħra, il-ftit li kellu xi jgħidilhom kien kliem ikkulurit fil-konfront tal-Prim Ministru. Tant li qabbel lil Joseph Muscat ma’ qurdiena. Dan wara li kien diġà qal li Joseph Muscat hu l-agħar ħaġa minn żmien il-pesta l’hawn u qal li hu dittatur.
“M’għandi xejn ġdid x’ngħidilkom. Għax minix is-saħħara tal-Bidnija. Għax minix Daphne Caruana Galizia,” kien beda Salvu Mallia li kellu kliem ta’ tifħir għal Caruana Galizia.
“Il-pajjiż għandu jkun grat lejha,” qal Salvu Mallia.