Filwaqt li Jason Azzopardi beda l-għodwa tat-Tlieta, jgħajjar ‘żibel’ lill-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg u jiżra’ d-dubju fil-konfront ta’ Gvern Laburista, miegħu ngħaqad l-eks kandidat Nazzjonalista Salvu Mallia.
Fuq Facebook Mallia sostna li għasfur qallu li l-Maġistrat responsabbli mill-inkjesta hi bint l-Ispeaker Anġlu Farrugia, u, b’referenza għall-Partit Laburista, kienu ‘huma’ li ħatruha.
Dan minkejja li din hi informazzjoni skorretta mill-bidu sal-aħħar.
Mallia hu fost dawk imfittxijin mill-Partit Nazzjonalista biex jattakka l-Gvern u mhux darba u tnejn ilissen diskors ta’ mibegħda.