L-istar candidate tal-PN qal dak li jaħseb fuq qbil dwar iż-żieda fil-paga minima, li ntlaħaq qbil dwarha bejn il-Gvern u l-imsieħba soċjali kollha fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali.
Dan hu l-ewwel ftehim simili bejn l-imsieħba soċjali kollha mill-1989, meta ġie stabbilit il-mekkaniżmu tal-COLA. Jinkludi mhux biss żieda fil-paga minima iżda wkoll żidiet oħra u mekkaniżmu ta’ kif il-paga minima se tkun riveduta fis-snin li ġejjin.
Is-Soċjalisti Ewropej kellhom kliem ta’ tifħir għal din iż-żieda li rnexxielu jikseb Gvern Laburista. Dan għad-differenza tal-estremisti li bihom huwa mdawwar il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil.
Dawn in-nies, biex ngħiduha bil-pulit, ma tantx jinteressahom fin-nifs li se jingħataw 5,000 persuna u l-familji tagħhom.