Fuq Facebook, il-kandidat favorit Salvu Mallia qalha kif iħossha: Mario Demarco huwa fergħa mejta li ħaqqha l-ħruq.
Mallia kien qed jikkummenta b’reazzjoni għal kitba ta’ Daphne Caruana Galizia, li qed tkompli bl-attakk feroċi fil-konfront tal-Viċi Kap Nazzjonalista. U Caruana Galizia kienet qed tirreferi għal kitba ta’ David Thake dwar Mario Demarco. Festa ta’ estremisti li Busuttil jinsab imdawwar bihom.
Fil-Marsa, il-Kap Nazzjonalista attakka kemm felaħ il-proġett li se jsir fuq l-art tal-ITS. Għan-naħa tal-privat, innegozja l-kuntratt Mario Demarco, permezz tal-kumpanija legali tiegħu.