Salvu Dalli, ir-raġel mixli li qatel lill-ibnu Antoine Dalli f’Awwissu li għadda, ingħata l-libertà proviżorja wara seba’ xhur.
Il-libertà ngħatat fuq depożitu ta’ għaxart elef ewro u bħala garanzija jrid ifittex tliet persuni li huma lesti jħallsu għaxart elef ewro kull wieħed jekk jikser xi kundizzjonijiet tal-ħelsien.
Dalli jrid jiffirma fl-għassa tliet darbiet fil-ġimgħa filwaqt li jrid jidħol id-dar fil-ħdax ta’ filgħaxija u ma
jistax joħroġ qabel is-sitta ta’ filgħodu.
Fil-Qorti xehdu numru ta’ persuni li kienu l-ewwel fuq ix-xena tad-delitt.