Waqt attività politika f’Pontida, l-Italja mtella’ mill-Partit Lega Nord, Matteo Salvini u l-Franċiża Marine Le Pen ikkonfermaw l-alleanza komuni tagħhom b’antiċipazzjoni għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li se jsiru f’Ġunju li ġej.
Salvini u Le Pen qalu li se jkunu qegħdin jippreżentaw front wieħed kontra l-Ewropa u l-migrazzjoni. Filwaqt li stqarrew kif se jkunu qegħdin jiddefendu n-nies u l-identità.
Fil-fatt huma qalu li se jkunu qegħdin jiddefendu t-tradizzjonijiet, il-gastronomija u fuq kollox lill-popli tagħhom mill-immigrazzjoni. Dan il-messaġġ sar fost l-oħrajn, b’referenza għall-fatt li fl-aħħar jiem waslu eluf ta’ immigranti f’Lampedusa.
Salvini sostna li se jkun qiegħed jagħmel dak kollu demokratikament possibbli biex iwaqqaf dik li sejħilha invażjoni.