Is-Senat Taljan ivvota biex il-mexxej tal-lemin esterm Matteo Salvini jaffaċċja akkużi li żamm mal-116-il immigrant bejn sema u ilma f’Awwissu li għadda.
Salvini, li sa ftit ilu kien ukoll il-Ministru għall-Intern Taljan, allegatament żamm b’mod illegali lil dawn l-mmigranti abbord il-bastiment Gregoretti għal kważi ġimgħa sħiħa.
Wara l-vot tal-Erbgħa Salvini qal li huwa kburi b’li għamel u jerġa’ jagħmel l-istess la darba jerġa’ jkun fil-Gvern. Il-midja internazzjonali qed tirrapporta wkoll li senaturi mill-Partit ta’ Salvini għażlu li ma jipparteċipawx f’dan il-vot.