Hostess fuq ajruplan salvat ħajja ta’ tfajla milli tiġi ttraffikata, wara li nnutat kemm kienet żmattata u ħallitilha nota fil-latrina.
Sheila Fedrick, ta’ 49 sena li taħdem fuq il-linja tal-ajru Alaska Airlines, lemħet lil din iż-żagħżugħa ta’ madwar 14-il sena, bilqiegħeda ħdejn tieqa tal-ajruplan. Ħdejha kien hemm raġel li deher imlibbes sew u tal-flus.
Fedrick qalet li l-vittma kellha xagħar żejtni ħafna u dehret qisha għadha kif għaddiet minn esperjenza vera kerha. Kien dan il-kunstrast li ġiegħel lil Fedrick titħasseb. Meta provat tkellem liż-żewġ passiġġieri, dejjem wieġeb ir-raġel f’isem it-tfajla.
Il-ħaddiema rnexxilha tagħmel sinjal biex it-tifla tmur sat-toilet, u hemm ħallitilha nota mal-mera. It-tfajla kitbitilha lura li għandha bżonn l-għajnuna. Minn hemm, il-ħaddiema tal-ajruplan informaw lill-Pulizija u kif niżel minn fuq l-ajruplan, ir-raġel ta’ mat-tfajla ġie arrestat. Din l-istorja ma seħħitx issa..infatti l-hotstess u t-tfajlta għanhom f’kuntatt, u din tal-aħħar qed tkompli bl-edukazzjoni tagħha.
L-istorja, madanakollu, qed tingħata importanza issa fuq il-mezzi tax-xandir Amerikani, għaliex qed tintuża bħala mudell biex air hostesses jgħarfu sinjali li tfal jew żgħażagħ jistgħu jkunu traffikati.