Żewġ baħrin Amerikani u ż-żewġt iklieb tagħhom ġew salvati mill-Flotta Navali tal-Istati Uniti wara li qattgħu kważi ħames xhur mitlufa fl-Oċean Paċifiku.
Jennifer Appel u Tasha Fuiaba telqu b’dgħajsa żgħira minn Hawaii fuq vjaġġ lejn Tahiti f’Mejju. Ġara li l-magna sofriet ħsarat minħaba t-temp ħażin u waqfet.
B’kawża t’ hekk, id-dgħajsa telqet għal riħha fil-baħar madwar elf u ħames mitt kilometru fil-Lbiċ tal-Ġappun. Huma ġew salvati wara li dgħajsa tas-sajd avżat l-awtoritajiet tal-Istati Uniti.