Sitt persuni, inkluż żewġt itfal li l-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa, ġew salvati u ddaħħlu lura fuq l-art, wara li d-dgħajsa li kienu abbord tagħha, ħadet in-nar.
L-inċident seħħ viċin il-Qawra, lejn in-naħa tal-Akkwarju Nazzjonali ta’ Malta.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-aħħar informazzjoni li kiseb dan l-istazzjon, jirriżulta li huma qed jiġu assisti minn membri tal-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta, membri mill-Forzi Armati ta’ Malta u r-Red Cross.