Wara konsultazzjonijiet mal-General Workers’ Union, Evolution Gaming Group aċċettat li fil-ġimgħat li ġejjin toffri impjieg alternattiv għal tal-inqas erbgħin ħaddiem filwaqt li sittin persuna oħra mistennija jiġu mpjegati minn kumpaniji tal-gaming u s-servizzi finanzjarji.
Dan wara ftehim bejn il-GWU u l-kumpanija li qabel kienet iġġib l-isem ta’ NetEnt.
Aktar qabel il-GWU kienet talbet għal mandat ta’ inibizzjoni biex twaqqaf lill-kumpanija milli tagħti s-sensji u l-Qorti kienet laqgħet it-talba tal-unjin b’mod proviżorju.
Issa l-ftehim milħuq fisser ukoll titjib fuq l-offerta li l-kumpanija kienet innegozjat u kull impjegat affetwat issa se jirċievi pagament addizjonali ta’ seba’ mija u ħamsin ewro.
Benefiċċji oħra jinkludu protezzjoni aħjar għall-ħaddiema li fil-mument qegħdin fuq leave tal-maternità, u ż-żamma tal-pakkett ta’ benefiċċji tas-saħħa.
Il-unjin qalet li l-membri tagħha li huma milquta minn dawn is-sensji kawża ta’ ristrutturar, approvaw l-offerta mtejba.