Storja oħra xokkanti, din id-darba, ta’ kelba anzjana u kważi għamja abbandunata diversi drabi, u li issa tinsab għand l-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati.
Fil-fatt, fuq il-paġna tal-FB tal-AAA intqal kif fl-aħħar jiem l-istess kelba intlemħet tiġri fit-toroq f’Ħal Kirkop, Pembroke u Wied il-Għajn.
Għall-ewwel l-Animal Welfare ħasbu li l-kelba, li għandha ċ-ċippa, hija mitlufa, sakemm, ġie identifikat li l-kelba kienet qed tiġi abbandunata f’numru ta’ lokalitajiet differenti.
Miċ-ċippa, jidher li l-kelba għandha 14-il sena.
Il-kelba issa tinsab taħt il-kura tal-AAA u qed tingħata l-kura għall-għajnejha, bit-tama li tfieq u tingħata lil familja li jagħtuha l-imħabba li jixraqilha.
Fuq il-FB, l-AAA qalet li l-Animal Welfare taw il-kelma tagħhom li l-persuni li abbandunaw lil din il-kelba fit-toroq se jkunu qed jittieħdu l-Qorti.
Fl-aħħar għamlu talba għall-għajnuna permezz ta’ fondi, sabiex ikunu jistgħu jkomplu jgħinnu lill-annimali abbandunati.