Fl-Italja, raġel ġie salvat minn mina li kienet qed iċċedi, allegatament qed titħaffer biex jinseraq bank qrib il-Vatican.
L-allegat ħalliel spiċċa rikoverat fi sptar wara operazzjoni minn diversi pumpiera li ħadet mat-tmien sigħat sabiex ittella’ r-raġel.
Ir-raġel qiegħed ikun akkużat, flimkien ma raġel ieħor, mill-Pulizija Taljana li wettqu ħsara volontarja fuq proprjetà pubblika.
Dan filwaqt li żewġ irġiel oħra qegħdin ikunu akkużati li rreżistew uffiċjali pubbliċi hekk kif ppruvaw jaħarbu minn fuq il-post.
B’hekk teorija li l-investigaturi li qed jaħdmu biha hija li r-raġel kien parti minn grupp ta’ ħallelin, li ħaffru l-mina biex jisirqu l-bank.
Il-mina bdiet minn ħanut, li ma jintużax u kien mikri ftit ilu.