Salman Rushdie, awtur ta’ 75 sena, tneħħa minn fuq il-ventilatur wara li lbieraħ kien jinsab f’qagħda ta’ saħħa kritika hekk kif kien attakkat fuq palk.
L-aġent tiegħu qal li jekk isalva hemm ċans jagħma minn għajn waħda.
Is-saħħa tiegħu kompliet titjieb kif ġurnata wara li safa’ attakkat qiegħed jerġa’ jitkellem.
Rushdie huwa l-awtur tal-The Satanic Verses li ppubblika lura fl-1988 minn meta beda jirċievi bosta theddid fuq ħatju.
Huwa kien attakkat minn persuna li kienet qed preżenti għall-intervista li kien qed jagħti fi New wara ittieħed fi sptar f’Pennsylvania permezz ta’ ħelikopter biex jiġi rikoverat.
Hati Matar, ta’ 24 sena minn New Jersey kien arrestat b’rabta ma’ dan il-każ u qiegħed jiġi akkużat li ta minn tal-inqas għaxar daqqiet ta’ sikkina lill-awtur f’wiċċu, f’għonqu u f’żaqqu li laqtulu l-fwied u diversi nervituri f’dirgħajh.