Salman Rushdie, awtur ta’ 75 sena, jinsab f’qagħda ta’ saħħa kritika wara li qala’ daqqiet ta’ sikkina waqt li kien attakkat fuq palk.
L-aġent tiegħu qal li bħalissa l-awtur jinsab fuq l-assistenza ta’ apparat respiratorju u ma jistax jitkellem filwaqt li hemm ċans jagħma minn għajn waħda.
Rushdie huwa l-awtur tal-The Satanic Verses li ppubblika lura fl-1988 minn meta beda jirċievi bosta theddid fuq ħatju.
Huwa kien attakkat minn persuna li kienet qed preżenti għall-intervista li kien qed jagħti fi New York. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li tal-inqas huwa qala’ daqqa ta’ sikkina f’għonqu u f’żaqqu hekk kif qed jiġi rikoverat fi sptar f’Pennsylvania.
Konsegwentament, id-daqqiet ta’ sikkina laqtulu l-fwied u diversi nervituri f’dirgħajh filwaqt li hemm possibiltà kbira li jitlef għajn waħda.
Hati Matar, ta’ 24 sena minn New Jersey kien arrestat b’rabta ma’ dan il-każ filwaqt li s’issa għad m’hemmx mottiv sabbilit.