Il-maltempata Sally ħalliet lil madwar nofs miljun ċittadin Amerikan mingħajr servizzi tal-enerġija minkejja li l-qawwa tiegħu naqqset għat-tieni kategorija matul il-jum tal-Erbgħa.
Il-maltempata għadha għaddejja mill-istati Amerikani ta’ Florida u Alabama, fejn persuna mietet u mijiet kellhom jingħataw xi forma ta’ għajnuna jew kura medika.
Qed ikun irrapportat li xi nħawi ta’ Florida huma fost l-agħar milquta minn din il-maltempata.