L-arena fejn kien se jsir il-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena jinbidel fi sptar sabiex l-Olanda tkun tista’ tkompli tiġġieled il-pandemija tal-Coronavirus. Ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni f’din l-arena kien se jibda nhar it-Tnejn li ġej.
Rapporti qed jgħidu li dan hu pjan ta’ kontinġenza sabiex jgħin lis-sistema tas-saħħa Olandiża. Dan minħabba li qed inkun imbassar li se jkun hemm nuqqas ta’ sodod minħabba din l-imxija,
Huwa maħsub li din il-faċilità se jkollha 680 sodda mqassma f’erba’ swali differenti, waħda minnhom se tkun biss għall-pazjenti bil-Coronavirus. Dan il-proġett se jgħin sabiex ma jkunx hemm iffullar fl-isptarijiet u b’hekk ikunu jistgħu jiffukaw fuq pazjenti li jinsabu fi stat kritiku.