Illejla fil-Parlament, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li sal-aħħar ta’ dan ix-xahar se jkun qed jinfetaħ helpline ġdid biex jgħin lil dawk il-persuni li jkunu qed jikkontemplaw li jagħmlu suwiċidju.
Id-Deputat Prim Ministru qal li dan il-helpline se jkun miftuħ 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa.
Huwa qal ukoll li f’dan il-helpline se jaħdmu professjonisti fil-kura tas-saħħa mentali u se jagħti l-għajnuna kollha meħtieġa lil dawn in-nies li jċemplu dan il-helpline.
Qal, “Wieħed ikun jista’ jaqbad din il-linja, iċempel u jekk hemm bżonn ngħidulu oqgħod fuq il-linja sakemm jibagħtulek lil xi ħadd ħalli jgħin. Dan il-helpline, aħna ħa nkunu qed innieduh propju biex kemm jista’ jkun innaqsu dawn it-traġedji, għax kull każ tkun traġedja.”