Sal-aħħar ta’ Lulju se jitlestew 600 qabar ġdid. Dan hekk kif ix-xogħlijiet fuq l-estenzjoni taċ-Ċimiterju tal-Addolorata għaddejjin b’ritmu mgħaġġel. Dan ifisser li fix-xhur ta’ wara se jibda proċess legali li bih jibda x-xiri tal-oqbra skont il-konvenji li diġà huma ffirmati mill-Gvern.
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne żar is-sit tal-estensjoni li hu mifrux fuq medda ta’ 26,000 metru kwadru. Huwa sostna li b’dan ir-ritmu hu mistenni li fix-xhur li ġejjin jitlestew mijiet ta’ oqbra.
B’kollox se jinbnew total ta’ 2,800 qabar u li wħud minnhom se jinxtraw mid-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali.
F’dan il-proġett li fih qed isir ukoll restawr ta’ diversi statwi u kif ukoll ta’ binjiet ta’ valur arkitettoniku bħall-kappella taċ-ċimiterju, u t-tisbiħ ġenerali, kif ukoll il-manutenzjoni taċ-Ċimiterju tal-Addolorata.
Dan se il-proġett qed isir mill-konċessjonarju Campo Santo.