Sas-Sena 2023 se jkun inbena u beda jitħaddem l-inċeneratur li se jiġġenera l-enerġija mill-iskart. Dan hekk kif sas-sena d-dieħla dan se jkun ġie kkummissjonat wara li l-Kumitat imwaqqaf mill-Gvern Waste to Energy ħareġ bir-rakkomondazzjonijiet tiegħu bil-għajnuna ta’ esperti bħal kumpanija ta’ konsulenza Ewropeja Jespers.
Huwa stmat li l-inċeneratur se jigi jiswa bejn 120 u 150 miljun ewro u se jkun qed jieħu 40% tal-iskart, jigifieri l-iskart li ma jistax jiġi rriċiklat.
F’konferenza tal-aħbarijiet fejn tħabbar dan, il-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera qal kif il-Gvern se jimponi liġijiet fuq ir riċiklar u qal kif l-ERA ser twaqqaf unit ta’ infurzar għal dan il-għan.