Fetħu l-applikazzjonijiet għas-sajjieda Għawdxin kemm fuq bażi full-time u dawk part-time biex jingħataw friegħi tal-palm b’xejn.
Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri spjega kif il-weraq tal-palm huwa neċessarju għal dan ix-xogħol dan biex jippreparaw għall-istaġun tal-lampuki u hekk kif xahar ieħor jibda dan l-istaġun, il-Gvern ħaseb biex jipprovdi eluf ta’ weraq tal-palm lis-sajjieda.
Ħaddiema fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex ħa ħsieb dan il-palm madwar il-gżira Għawdxija b’tali mod li ma ssir l-ebda ħsara lis-siġra.
Il-Ministru sostna li l-għoti ta’ palm b’xejn lis-sajjieda Għawdxin se jibqa’ jsir kull sena sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tagħhom.
L-applikazzjonijiet ser ikunu jistgħu jinġabru mill-Ministeru għal Għawdex waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju bejn is-7:00 ta’ filgħodu u s-siegħa ta’ waranofsinhar mit-Tnejn sal-Ġimgħa.