Sajjied Żurrieqi ta’ 58 sena weġġa’ gravi wara li waqa’ minn għoli waqt li kien qed jistad fiż-żona ta’ Xrobb l-Għaġin, limiti ta’ Birżebbuġa
Kelliem għall-Korp tal-Pulizija kkonferma li l-każ seħħ għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ filgħaxija.
Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei flimkien ma’ ħaddiema tas-salvataġġ mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Fuq il-post intbagħtet ukoll patrol boat u ħelikopter tal-Forzi Armati.
Ir-raġel ittieħed l-isptar għall-kura.