Sajjied Eġizzjan, kmieni dalgħodu, iddaħħal Malta minn membri tal-Forzi Armati ta’ Malta wara li saret sejħa għall-għajnuna hekk kif dan ir-raġel ġarrab xi ġrieħi waqt li kien fuq il-baħar.
Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, fejn kif waslet is-sejħa fiċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tal-Forzi Armati ta’ Malta, intbagħat ħelikopter biex jevakwa lil dan is-sajjied li kien fuq il-baħar.
Hu ngħata l-ewwel għajnuna minn tim tal-emerġenza mid-Dipartiment tal-Emerġenza fejn ftit wara hu ttieħed l-isptar Mater Dei biex jirċievi l-kura neċessarja.