Kien tmiem il-ġimgħa stramb madwar l-Ewropa, karatterizzat minn sajjetti li qatlu raġel u darbu oħrajn serjament.
Fin-nofsinhar tal-Polonja, raġel intlaqat minn sajjetta huwa u nieżel minn mjntajna. F’Pariġi, grupp li kien qiegħed jiċċelebra għeluq snin xi ħadd, intlaqat minn sajjetta oħra b’konsegwenza li ndarbu 11-il persuna. Tmienja minnhom huma tfal ta’ madwar disa’ snin, u sitta minnhom huma fil-periklu li jitilfu ħajjithom.
Tlett persuni ġarrbu ġrieħi gravi meta ntlaqtu minn sajjetta waqt logħba football fil-Ġermanja.
Ritratti tal-BBC juru x-xena f’Parc Monceau f’Pariġi, fejn sajjetti darbu 11-il persuna. Dawk fuq il-post qalu li t-temp kien relattivament tajjeb sakemm bdew jagħmlu s-sajjetti f’daqqa waħda.