Il-karattru Ġappuniż ferm popolari, Sailor Moon, se tkun fuq missjoni differenti; dik li tiġġieled kontra l-mard trasmess sesswalment.
L-eroj flimkien ma’ min ħoloqha, Naoko Takeuchi, ingħaqdu flimkien mal-Ministeru tas-Saħħa, Xogħol u Benesseri biex titnieda kampanja pubblika.
Uffiċjali qalu li jridu joħolqu aktar kuxjenza dwar iż-żieda ta’ mard bħall-HIV u syphilis fost in-nisa Ġappuniżi żgħażagħ.
Kondoms u kif ukoll fuljetti ta’ din is-suldat tant gustuża se jiġu mqassma f’diversi postijiet madwar il-Ġappun.
Fi stqarrija uffiċjali ingħad li din il-kampanja tnediet bil-ħsieb li jkun hemm żieda fil-prevenzjoni, li l-mard jinstab fl-ewwel stadju tiegħu u li jkun hemm trattamenti għall-STIs.
Il-motto popolari ta’ Sailor Moon inbidel ukoll minn “In the name of the moon, I will punish you!” għal “If you don’t get tested, I will punish you” biex jintuża għal ma’ din il-kampanja.
L-anime u l-manga tiddomina ħafna aspetti tal-kultura Ġappuniża u bosta mill-karattri tagħha jintużaw ta’ spiss għal diversi kampanji u kif ukoll prodotti.