Xana Enrique, bint l-eks maniġer ta’ Barċellona Luis Enrique tilfet il-battalja mal-kanċer fl-età ta’ disa’ snin. Enrique kkonferma l-mewt ta’ bintu l-Ħamis waranofsinhar wara ġlieda ta’ madwar ħames xhur mal-kanċer fl-għadam. Fuq il-profil tiegħu ta’ Twitter il-missier qal li se jinħass nuqqas kbir fid-dar tal-familja Enrique, u jittama biss li fil-futur xi darba jerġa’ jkollu ċans iħaddan lil bintu miegħu.
Huwa żied jirringrazzja lil partitarji ta’ Barċellona u anke segwaċi tiegħu tal-appoġġ li wrew fl-aħħar xhur kif ukoll għall-mod kif irrispettaw il-privatezza tal-familja f’dan iż-żmien diffiċli.
Fuq Twitter il-Prim Ministru Joseph Muscat esprima s-sogħba tiegħu għal din it-telfa, filwaqt li ta’ l-kondoljanzi lill-familjari.
Our thoughts and condolences are with Luis Enrique and his family for the loss of his daugther Xana. May she rest in peace. Mucha fuerza y ánimo. https://t.co/VOnOP6H1Eb
— AC Milan (@acmilan) August 29, 2019