Is-servizz tas-saħħa b’xejn għal kulħadd jibqa’ s-sinsla tal-proposti tal-Partit Laburista li fl-istess ħin iħeġġeġ lil min irid jinvesti f’saħħtu b’inċentivi ta’ taxxa għal dawk bi skema ta’ assikurazzjoni fuq is-saħħa privata.
INVESTIMENT FL-INFRASTRUTTURA
Fosthom bini ta’ parkeġġ ta’ ħames sulari b’madwar 700 post, b’sular ikun iddedikat għas-servizz tat-trasport pubbliku.
SPTAR ĠDID TA’ KURA PSIKJATRIKA
Jinbena wkoll sptar ġdid ta’ kura psikjatrika qrib Mater Dei.
Fl-aħħar erba’ snin naqsu drastikament il-pazjenti fil-kurituri u l-ħsieb hu li s-sitwazzjoni tibqa’ taħt kontroll. Fost oħrajn bl-użu ta’ 230 sodda ġdida li se jkunu jistgħu jintużaw wara l-bini tal-isptar Mother & Child.
MEDIĊINI GĦAT-TRATTAMENT TAL-KANĊER KOLLA B’XEJN
Gvern ġdid immexxi mill-Partit Laburista jagħti l-mediċini għat-trattament tal-kanċer kollha b’xejn.
Jiddaħlu mediċini ġodda bħal tad-dijabete, tal-mard tal-prostata, tal-qalb u ċ-ċirkulazzjoni, tal-osteoporosis u tilqim għal kontra l-meningite b’xejn.
Ikompli jinfirex ukoll it-tqassim ta’ mediċini fid-djar tal-anzjani fil-lokalitajiet. Gvern ġdid jinvesti fi tliet ċentri reġjonali għall-kura primarja; f’’Ħal Kirkop, Raħal Ġdid u ieħor fit-tramuntana ta’ Malta.