Għarqana xraba, f’temperaturi li jlaħħqu il-35 grad, iżda mimlijin enerġija pożittiva, bi tbissima u magqudin bħala tim wieħed b’aspirazzjoni waħda.
Żorna l-maratona għall-ħabta tat-3 p.m. fejn sibna żewġ timijiet jilagħbu kontra xulxin fi spirtu sportiv biex ikomplu jinġabru flus għall-kawża ġusta, biex tinbena dar residenzjali ġdida għal nies b’diżabilità.
M’hemmx età speċifika, hemm biss rieda qawwijia.
53 siegħa ta’ logħob kontinwu, il-ballun tiela’ u niżel, u xi ftit tas-sodisfazzjon ma jonqosx meta t-tim joħroġ rebbieħ.
Din il-maratona, waħda minn sensiela t’attivitajiet, kienet organizzata mid-Dar tal-Providenza, bil-għan li jissaħħu l-finanzi u jsostni n-nefqa meħtieġa li tlaħħaq l-€4 miljun fis-sena.