F’nofsinhar mistenni jingħata bidu għal maratona ġbir ta’ fondi b’risq il-Partit Laburista, f’attività li titella’ kull sena f’dan iż-żmien.
Il-maratona ser tibqa’ għaddejja sa tard billejl, bl-indirizz tal-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela flimkien mal-familja tiegħu.
L-istazzjonijiet ONE ser ikunu għaddejjin b’xandira diretta miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fejn ser jittellgħu ukoll attivitajiet mid-Deputati Laburisti flimkien mat-tmexxija tal-Partit Laburista.
Kulħadd huwa mistieden li jattendi għall-villaġġ tal-Milied li ser jittella’ matul il-ġurnata quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, li ser joffri divertiment għall-familja kollha.
Intant, f’post fuq Facebook, il-Prim Ministru Robert Abela ħeġġeġ lil kulħadd sabiex jagħti l-kontribut tiegħu b’risq il-Partit Laburista sabiex il-Partit ikompli jfassal il-ġejjieni ta’ dan il-pajjiż.