Wara konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista li fiha sar bħal ma għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni, li kien kostrett jaqbeż għal Joe Ellis, fi stqarrija l-Partit Laburista nnota li hekk jiġrilu min ikun tpoġġa fil-kariga, fl-istess ħin li hu tax evader professjonali.
“Minflok keċċa lil Joe Ellis, Bernard Grech spiċċa b’ieħor jiġbidlu l-ispag”, irrimarka l-Partit Laburista li spjega kif il-problema li għandu Bernard Grech hi li ħareġ jaqbeż għal Ellis meta ħalla d-domandi kollha mhux imwieġba.
“Sewwa intqal iktar kmieni llum, Bernard Grech jitmexxa u mhux imexxi”, temm jgħid il-Partit Laburista.