Is-saċerdot ta’ dixxendenza Maltija, Anthony William Peter Caruana ta’ 80 sena, ingħata sentenza ta’ 15-il sena ħabs wara li nstab ħati li abbuża tfal tal-iskola.
Dawn l-abbużi seħħew bejn l-1982 u l-1989 meta s-saċerdot kien għalliem ta’ skola fi New South Wales, l-Awstralja.
Il-midja Awstraljana rrappurtat kif f’Lulju li għadda l-qassis ġie mixli b’26 akkuża ta’ abbuż fuq 12-il student, fosthom 4 akkużi ta’ attivitajiet sesswali fuq it-tfal.
Fis-sentenza tagħha l-Imħallef Robyn Tupman qalet li l-qassis abbuża mill-irwol tiegħu, anke meta kien surmast, kowċ tar-rugby u anke surmast ta’ banda.
Fil-Qorti nstema’ li saħansitra Caruana anke stupra tifel wara l-lezzjonijiet tal-banda.
Il-vittmi tal-abbuż qed isofru minn trawma psikoloġika u emozzjonali.