Kif dejjem jgħidu l-Maltin insibu tarf ta’ kollox. Bis-sewwa jew bi dnewwa jekk irridu ngħaddu minn triq jirnexxielna, anke jekk biex ngħamlu dan għal regola niksru tnejn. It-tidal lane ta’ Raħal Ġdid qed taħdem tajjeb ħafna, b’mod ġenerali.
Iżda donnu lbieraħ kien hemm xi ħaġa li waslet biex kien hemm traffiku kbir. Dawk li ddejqu malajr daru lura minn bejn il-ħadid tat-tidal lane. Ir-ritratt ittella’ fuq il-paġna “bużullotti”, għalkemm kienu diversi dawk li ġġustifikaw dak li seħħ.