Ġiet skoperta mediċina ġdida li tnaqqas l-effett tal-ħsara fil-moħħ ikkawżat mill-marda Alzheimer’s: l-aktar forma ta’ dimenzja komuni.
Din ġiet deskritta bħala skoperta sinifikanti ħafna, iżda għalissa għandha effett żgħir fuq il-ħajja ta’ kuljum ta’ min joħodha. Il-mediċina ġdida hija effettiva fl-ewwel fażijiet tal-marda, jiġifieri jekk wieħed ma jagħmilx il-kontrolli meħtieġa biex jilqa’ kontra l-marda, jista’ jagħti l-każ li jkun tard wisq.
Is-sejba xorta waħda tibqa’ waħda rari fil-qasam tal-istudji dwar id-dimensja, u din l-mediċina tista’ tkun il-punt ta’ tluq għal aktar mediċina effettiva.
Bħalissa, min għandu l-kundizzjoni tad-dimensja jingħata mediċini li jimmitigaw is-sintomi tagħha, iżda dawn ma jwaqqfux id-deterjorazzjoni tal-moħħ.