“F’ħajjitha ommi ħalliet impatt fuq ħafna nies”.
Kliem Sofia Evison, bint Ivy li l-ġimgħa li għaddiet tilfet ħajjitha traġikament f’inċident tat-traffiku f’Għajnsielem.
Fuq Facebook, Sofia tat ħajr lil dawk kollha li bagħtulha messaġġi ta’ kuraġġ u wrew is-sogħba tagħhom għal din it-telfa hekk kbira f’ħajjitha.
Bħalma taf, ommi għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem. L-appoġġ tagħkom kien wieħed kbir u nixtieq nagħtikom ħajr għall-kliem ta’ faraġ li bgħattulna. Kontu ta’ għajnuna kbira għalina u ma nistax nesprimi l-gratitudni tiegħi għall-imħabba li ngħatajna.
Huwa sabiha li tara kemm ommi ħalliet marka fuq il-ħajja tagħhom tul ħajjitha”, kitbet Sofia.
B’reazzjoni kienet bosta ħbieb t’ommha, inkluż diversi Maltin li offrew lil Sofia għajnuna u post ta’ akkomodazzjoni f’dan iż-żmien hekk diffiċli għaliha.
Ritratt: Ivy Evison/ Facebook