Sitt irġiel u minorenni se jkunu akkużati f’Rio de Janiero bl-abbuż sesswali ta’ tifla ta’ sittax-il sena, filwaqt li ppublikaw ritratti u filmati fuq l-internet.
L-investigatur ewlieni fuq dan il-każ bagħtet l-aħħar konklużjonijiet tagħha lill-prosekuturi, fejn talbithom biex ikunu arrestati s-sebgħa li huma.
Il-vittma qalet li hija sfat drugata wara li marret għand is-sieħeb tagħha, u qamet f’dar differenti mdawwra minn 33 raġel.
Il-każ ħasad lill-Brażil u wassal għal diversi protesti minn gruppi li jaħdmu favur in-nisa.
Pulizija li qed tinvestiga l-każ Cristiana Bento spjegat kif l-iżjed evidenza importanti kienet il-mobajl użat biex ittieħed il-filmat.
L-inkjesta spjegat kif il-vittma tinsab taħt protezzjoni statali, sfat abbużata f’żewġ inċidenti separati.