Nadim Abdul Gader, Libjan ta’ 37 sena li ilu jgħix f’Malta għal 23 sena kellu jagħti garanzija personali ta’ €15,000 biex jinħeles mill-arrest wara li tressaq il-Qorti mixli li seraq mid-dar ta’ sieħbu.
Fil-Qorti nstema’ li r-raġel għamel kopja taċ-ċavetta tad-dar ta’ sieħbu u daħal jisraq xi antikitajiet.
Huwa allegatament inqabad fil-fatt bl-oġġetti f’idu hekk kif sieħbu rritorna d-dar u sabu ma’ wiċċu.