F’Settembru mistennija li joħorġu l-ewwel riżultati tat-testijiet tal-vaċċin kontra l-COVID-19 fuq trabi ta’ sitt xhur li ġie żviluppat minn BioNTech flimkien ma’ Pfizer.
Sostna dan il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Ugur Sahin mal-ġurnal awtorevoli Ġermaniż, Spiegel.
Jekk kollox imur skont kif ippjanat, il-kumpanija tissottometti l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-vaċċin fost it-tfal f’diversi pajjiżi.