Il-Gvern ser ikun qed jagħti kumpens lil dawk il-ħaddiema tat-Tarzna li mardu wara li kienu esposti għall-asbestos fuq xogħlhom.
Dan filwaqt li hemm ukoll familji li tilfu membri tal-familja u wkoll se jkunu qed jirċievu l-kumpens.
Sal-lum biex wieħed jirċievi kumpens għadu jrid jiftaħ proċeduri fil-Qorti biex jitlob għal dan il-kumpens iżda l-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana ħabbar li l-Gvern ser ikun qed jagħti l-kumpens hu sa qabel il-Budget li jmiss.
Dan ħabbru wara li dan is-suġġett tqajjem waqt l-ewwel laqgħa ta’ konsultazzjoni dwar il-Budget għas-sena d-dieħla li saret f’Ħaż-Żabbar.
Laqgħa li fiha l-pubbliku u l-imsieħba soċjali għaddew is-suġġerimenti tagħhom.