Fadal l-aħħar ftit sigħat biex wieħed jiġbor id-dokument tal-vot mill-għases.
Il-Kummissjoni Elettorali kienet avżat li min ma ħax id-dokument tal-vot wara t-tqassim bieb bieb, wieħed se jiġbor il-vot mill-għassa tal-lokalità tiegħu sal-lum f’nofsinhar.
Sal-bieraħ kien għad fadal madwar 26,500 dokument tal-vot li kienu għadhom ma nġabrux mill-elettorat.
Min ma jiġborx id-dokument tal-vot mill-għases, li mingħajru ma tistax teżerċita d-dritt tal-vot fl-elezzjoni, għandu ċans sal-Ħamis f’nofsillejl biex imbagħad jiġbor id-dokument mill-uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali fin-Naxxar jew mill-uffiċċju tal-istess Kummissjoni fir-Rabat Għawdex.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jagħmel kuntatt mall-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Laburista fuq 20901531 jew 20901528.