Għaqdiet Volontarji se jingħataw sa ħmistax–il ewro elf meta kull wieħed japplikaw għall-fondi Ewropej, grazzi għal fond speċjali mill-gvern.
S’issa tnejn u għoxrin għaqda volontarja bbenifikaw minn total ta’ aktar minn mija u ħamsa u tletin elf ewro wara li applikaw għal disgħa u għoxrin proġett f’oqsma differenti fil-komunitajiet.
F’dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta, Is-Segretarju Parlamentari, Clifton Grima, ippreżenta dawn il-fondi u ta’ r-ringrazzjament tiegħu lill- għaqdiet kollha li applikaw għal dawn il-proġetti.
Fost it-tnejn u għoxrin għaqda li ħadu sehem nsibu lil Din l-Art Ħelwa, Bird Life Malta kif ukoll lill-Fratellanza Sagrament Qormi.
Tkellimna ma’ Gorg Sciberras, Rettur tal-Fratellanza Sagrament ta’ Ħal Qormi, li bbenefikat minn dan kollu.
“Dan il-fond għena ħafna għaliex aħna l-ewwel ħaġa fejn jidħol fundraising speċjalment fis-sena li għaddejna minna kien diffiċilissimu u allura b’dawn il-fondi li ħadna inkomplu għaddejjin bix-xogħol li bdejna, bdejna minn qabel ma konna fil-pandemija u b’dawn il-fondi li ħadna kienet imbuttatura kbira.”
Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima, ħeġġeġ aktar għaqdiet biex japplikaw għal dawn il-proġetti.
“Din hija xi ħaġa importanti ħafna illi wieħed isemmi, xi ħaġa importanti illi nibqgħu nagħtu s-sosten is-settur tal-volontarjat, settur tal-volontarjat illi din is-sena b’mod partikolari uriena kemm huwa ta’ importanza meta kien partner essenzjali fl-opinjoni tagħna għal dak li huwa l-operat tal-gvern.