Filfatt sa mill-1972 fejn kien jinħoloq kunflitt bejn il-liġijiet tal-pajjiż u dawk Ewropej, il-liġijiet Ewropej kienu supremi. Issa dan ix-xenarju se jinbidel u kollox se jiġi regolat mill-liġijiet mgħoddija minn Westminister. Sadanittant fuq il-BBC, uffiċjal għoli tal-Partit Konservattiv Ingliż sostna li n-negozjati li r-Renju Unit se jkollu mal-Unjoni Ewropea se jkunu wara l-bibien magħluqa.
“Naturalment ma tantx jistgħu jiġu żvelati dettalji qabel ma jintlaħaq ftehim dwar x’tip ta’ relazzjonijiet se jkun hemm bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea”, temm jgħid iċ-Chairman tal-Partit Konservattiv Ingliż.