L-Uffiċjali f’Haiti qalu li minn tal-inqas elf, mitejn u sebgħa u disgħin persuna huma mejta wara terremot qawwi f’Haiti s-Sibt li għadda.
Pumpiera u ħaddiema oħra qed ifittxu qalb it-tifrik bit-tama li jinstabu xi nies li għadhom ħajja.
Mijiet ta’ djar, knejjes u skejjel huma fost il-binijiet li ġew meqruda permezz ta’ dan it-terremot, filwaqt li l-isptarijiet spiċċaw bla riżorsi biex jikkuraw lill-midruba.