L-Indja qed iżżid fl-ispinta tat-tilqim kontra l-COVID-19 sabiex tiġi evitata t-tielet mewġa, wara li fl-aħħar xhur, mewġa ta’ infezzjonijiet ħalliet l-isptarijiet fi stat devastanti.
Il-Gvern Indjan stqarr li fl-aħħar 24 siegħa l-Indja laqqmet kważi disa’ miljun persuna, l-ogħla rata s’issa mindu beda jingħata l-vaċċin f’Jannar li għadda.
S’issa 13% ta’ dawk eleġibbli li jitlaqqmu huma kompletament imlaqqma kontra l-virus, għalhekk għad fadal bosta li huma vulnerabbli kontra l-infezzjoni tal-COVID-19.
Il-Gvern Indjan għandu t-tir li jlaqqam lill-poplazzjoni kollha sal-aħħar tas-sena, madanakollu n-nuqqas ta’ dożi u x-xettiċiżmu ta’ ħafna nies, jista’ jagħmel dan impossibbli.
Infatti, biex jintlaħaq dan l-għan, l-Indja trid tlaqqam bejn tmien u disa’ miljun persuna kuljum, s’issa r-rata hija ta’ ħames miljun kuljum.