L-ukrajna tidħol fl-għaxar jum ta’ attakki mir-Russi fejn sa issa madwar 1.2 miljun ruħ diġà ħarbu mill-pajjiż.
Fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu nxterdu filmati fuq il-midja soċjali ta’ ħelikopters Russi jisparaw bombi fuq port ġewwa l-belt ta’ Mariupol qrib il-fruntiera Russa.
Ilbieraħ il-President Ukren Volodymyr Zelenzky għamel talba lin-NATO biex l-Ukrajna tiġi ddikjarata bħala no-fly zone. Is-Segretarju Ġenerali tan-NATO ma laqgħax din it-talba u qal li n-NATO mhix parti minn dan il-kunflitt.
Qal li huwa jifhem id-disperazzjoni tal-Ukrajna, madankollu sostna li biex jiddikjaraw no-fly zone iridu jibgħatu l-ajruplani tagħhom biex iwaqqgħu dawk Russi.
Huwa wissa li jekk jiġri dan imutu aktar nies.
In-NATO qed tibgħat armi lill-Ukrajna imma ma tridx li suldati tagħha jiġġieldu mas-suldati Russi.