Sat-Tlieta li għadda, 11-il pazjent għal mediċini tal-IVF ingħataw aktar minn €21,000.
Dan intqal mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fuq il-midja soċjali.
Dan wara li bejn id-dibattitu tal-Awtorità tax-Xandir bejn il-Prim Ministru u l-Kap l-Oppożizzjoni, Bernard Grech qal kif l-ebda pazjent ma ħadd l-ebda flus tal-mediċini.
Dwar l-IVF, Gvern Laburista ġdid se jkun qed idaħħal emendi fl-ewwel 100 jum ta’ gvern ġdid.
Dan biex aktar persuni jkunu jistgħu jsiru ġenituri.
Id-Deputat Prim Ministru nnota wkoll kif il-bini tal-istruttura taċ-Ċentru Vincent Moran f’Raħal Ġdid huwa lest u minn din is-sena stess se jilqa’ l-ewwel pazjenti.
Hawnhekk id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne wieġeb għal dak li qal Bernard Grech.
Dan hekk kif dan tal-aħħar qal kif skontu l-Gvern fetaħ speċi ta’ kamra.