Sal-aħħar t’April li għadda, il-Gvern wettaq 83% tal-manifest elettorali tiegħu.
Dan it-tagħrif ingħata fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari mill-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Carmelo Abela.
Il-Ministru Carmelo Abela nnota li minkejja bħal kull pajjiż ieħor, il-Gvern ħabbat wiċċu mal-pandemija, il-Ministeri baqgħu impenjati għat-twettiq tal-manifest elettorali.
Saħaq li l-Gvern huwa impenjat li dak li wiegħed iwettqu sal-aħħar.