Il-Prim Ministru Robert Abela laqa’ l-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista li ddikjara li huwa favur il-mekkaniżmu pożittiv li nieda l-Gvern biex tiżdied ir-rappreżentanza tan-nisa fil-Parlament.
Fi tweet, Dr Abela qal li qiegħed iħares ‘il quddiem għal dibattitu fil-Parlament li minnu qal li pajjiżna għandu joħroġ aktar magħqud biex iġib bilanċ aħjar bejn in-nisa u l-irġiel fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.
Fl-aħħar xhur il-Gvern nieda dokument li fih ippropona emendi legali u kostituzzjonali li jippermettu siġġijiet addizzjonali għas-sess sotto-rappreżentat li jkun kiseb anqas minn 40% tas-siġġijiet Parlamentari f’elezzjoni ġenerali.
Intant fi stqarrija l-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis tenna li hija waħda minn bosta riformi importanti li ser isiru mingħajr dewmien f’din is-sena sabiex jibqgħu jiġu msaħħa l-istituzzjonijiet f’pajjiżna.
Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza Rosianne Cutajar saħqet fuq il-bilanċ tal-ġeneru u l-avvanz tal-mara fl-aktar postijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet important.
Ritratt: MJEG
Aqra wkoll:
http://www.one.com.mt/2020/02/27/il-pm-jilqa-l-pozizzjoni-tal-pn-favur-mekkanizmu-biex-jizdiedu-n-nisa-fil-parlament/