Sa 3 snin oħra l-industrija tal-kannabis mediċinali f’Malta se tkun qed tesporta l-kannabis mediċinali għas-swieq internazzjonali.
Dan ħabbru l-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona waqt li kien qed iżur l-aħħar preparamenti għat-tieni konferenza li se tkun qed tittella’ f’pajjiżna.
Għal din il-konferenza, elf u sitt mitt persuna ġew Malta apposta biex jitkellmu dwar ix-xogħol li jagħmlu f’dan il-qasam u kif jistgħu jikkontribwixxu għas-suq Malti.
Cardona qal ukoll li pajjiżna qed inaqqax ismu bħala ċentru ta’ eċċellenza fil-manifattura tal-kannabis għall-użu mediku.