Standard & Poor’s irrevediet il-klassifikazzjoni tal-Bank of Valletta.
L-aġenzija tal-kreditu naqqset il-klassifikazzjoni tal-kreditu fit-tul tal-bank għal BBB iżda affermat mill-ġdid il-klassifikazzjoni tal-bank ta’ A-2 għal żmien qasir.
Filwaqt li hemm perspettiva negattiva ġejja l-minħabba każi ta’ litigazzjoni li hemm fuq il-bank b’rabta ma’ sekwestru ta’ kapital dwar il-każ fiduċjarju ta’ Deiulemar.
Minkejja dan, Standard & Poor’s, li tgawdi rispett għar-reqqa li timxi biha bħala aġenzija, irrimarkat li l-profittabilità reżiljenti tal-Bank of Valletta u l-kwalità ta’ l-assi mtejba jiżguraw li l-Bank se jżomm kapital adegwat għar-riskju f’terminu medju.
Barra minn hekk, Standard & Poor’s temmen li m’hemm l-ebda evidenza ta’ xi deterjorament immedjat tal-bank wara l-kwistjoni tas-sekwestru konservattiv,
Sadanittant, fi stqarrija, l-Kap Eżekuttiv tal-Bank Of Valletta Mario Mallia tenna l-impenn lejn l-istabbiltà u s-sostenibbiltà fit-tul tal-bank.